Kontu tafu x’kien hemm fil-Ministeru tas-Saħħa fl-imgħoddi?

 Kontu tafu x’kien hemm fil-Ministeru tas-Saħħa fl-imgħoddi?

Il-Ministeru tas-Saħħa jinsab f’numru 15 ta’ Triq il-Merkanti jew aħjar, f’Palazzo Kastellanija … wieħed mill-isbaħ binjiet fil-Belt Valletta.

Apparti l-importanza tiegħu ta’ Ministeru daqstant importanti għal pajjiżna, din il-binja fiha importanza storika kbira.

Inbniet fl-1760. Propju f’dan il-bini, il-Lessikografu u Malti ta’ stoffa, Mikiel Anton Vassalli qatta’ żmien maqful jistenna l-eżilju tiegħu. Dan seħħ fil-bidu tal-ħakma Ingliża f’pajjiżna. Vassalli kellu assoċjazzjoni kbira mal-Franċiżi.

Fl-istess binja wkoll, Sir Temi Zammit flimkien ma’ membri oħra tal-Kummissjoni tad-Deni Mediterran skoprew il-Brucellosi jew kif nafuha iżjed; il-marda tad-deni rqiq.

Fuq nett tal-binja, għadek issib replika tal-laboratorju tiegħu. Kien fl-1895 li l-Palazz kastellanija beda jintuża bħala l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Saħħa u hekk għadu sal-lum billi huwa l-Ministeru tas-saħħa.

Opportunità li żżuruh tkun dejjem fin-Notte Bianca li ssir f’Ottubru. Inħeġġukom iżżuru postijiet ta’ interess bħal dawn.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com