L-esperjenza ta’ meta tmur safra waħdek!

 L-esperjenza ta’ meta tmur safra waħdek!

Qatt kellkom l-opportunità li ssiefru weħidkom? Kif drabi oħra tkellimna, hawn min ma tantx iħobb isiefer, hawn min jitlaq jiġri u hawn min jitlaq għal rasu u anke waħdu. Pero nemmen li ssiefer waħdek ma tgħoddx għal kulħadd. Hawn min jgħidlek “Jiena nkun irrid il-kumpanija miegħi”, hawn min jghidlek “U jekk nintilef waħdi x’nagħmel?” u hawn min jghidlek “Heqq le, l-isbaħ memorji għamilthom f’safra waħdi u ma jdejjaqni ħadd”. Kollha veru u bħal kull ħaġa oħra, fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha. Li ssiefer waħdek però tgħinnek tagħraf aktar xi trid iktar f’ħajtek, ittik esperjenza u perspettiva differenti, tgħinnek tevalwa aktar xi trid mill-ħajja u anke sempliċiment tgħinnek  tesperjenza pajjiż bir-ritmu tiegħek.

Jiena għamiltha u ma jiddispjaċini xejn, mhux talli hekk talli nħossni ħafna iktar preparata għal li jmiss.

Jekk qatt mortu solo, fejn mortu sabiħ?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com