Lestu għajnejkom ħa titpaxxew bil-ġmiel

 Lestu għajnejkom ħa titpaxxew bil-ġmiel

Il-Palazz tal-Gran Mastru jilqa’ lill-viżitaturi hekk kif il-bieraħ filgħaxija ġiet inawgurata l-fażi tar-restawr li sar fuq ġewwa ta’ dan is-sit storiku u arkitettoniku b’investiment ta’ aktar minn €40 miljun iffinanzjat mill-Gvern Malti u bi 18-il miljun minnhom b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

L-Armerija reġgħet ħadet postha lura fejn kienet oriġinalment sa mill-1605, din hija s-sala fejn kien jiltaqa’ l-Parlament ftit ta’ snin ilu.
Ġew ukoll restawrati l-kurituri tal-Piano Nobile; u l-Uccelliera, fejn qabel kien hemm l-uffiċċju tal-Ispeaker; u tlesta ċentru tal-viżitaturi fiż-żona magħrufa bħala Palazzo del Monte u l-Orangere, kif ukoll il-post fejn fil-passat kien hemm ġnejna tal-larinġ.

Apparti minn hekk, ġew restawrati wkoll il-btieħi tal-palazz u s-Swali Statali.

F’diskors waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, il-President ta’ Malta George Vella awgura li dak li qed niċċelebraw illum huwa kapitlu ieħor sabiex ikun il-bidu ta’ triq li matulha jiġġeddu l-għarfien u s-sostenibbilità tal-wirt kulturali Malti li dan il-Palazz huwa parti tant importani minnu.

Il-Palazz se jkun miftuħ kuljum bejn id-09:00 u l-17:00. Għal aktar tagħrif tista’ żżur hawnhekk: https://heritagemalta.mt/explore/grand-masters-palace/.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com