Liema huma l-isbaħ 5 knejjes f’Malta?

 Liema huma l-isbaħ 5 knejjes f’Malta?

Il-aħwa x’mistoqsija din. Min ikun akkanit għal raħal twelidu, se jgħidlek ‘tagħna.’

Ħeqq, ma rridux noħolqu polemika imma aħna naħsbu hekk:

  1. Il-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Ġmiel imprezzabbli. Barokk fl-aqwa tiegħu bi stil Mannerist minn barra. Trid seba’ għajnejn biex tarah u tiflieh sew minn ġewwa.
  2. Il-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Ukoll bi stil Barokk imma forsi għal dak li jkun, jarah mhux rikk daqs dak ta’ San Ġwann. Fl-1693 kien seħħ terrimot qawwi li kkawżalu ħafna danni. Għalhekk kien twaqqa’ u minflok inbenda dan li għadna ngawdu sal-lum.
  3. Il-Bażilika Rotunda tal-Mosta. Mibnija fl-1860 mill-Perit Grognet de Vassé u biex sar hekk, twaqqgħet dik ta’ qabel minn Tumas Dingli. Żball kbir għaliex qatt m’għandek teqred wirt biex tagħmel oħra. Forsi minn hawn twieldet il-frażi; “tibni knisja u tħott oħra”. Dan ġara wkoll fil-Każ tal-Bażilika tax-Xewkija bid-differenza li żammew xi fdalijiet fis-sagristija li wieħed jista’ jidħol jara.
  4. Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar. Jekk issemmi l-Mosta u ma ssemmiex in-Naxxar, żgur li dawn jieħdu għalihom u bir-raġun. L-ewwelnett il-parroċċa tal-Mosta ħarġet minn tan-Naxxar. Il-Knisja Naxxarija nbniet fl-1614. Hija waħda mill-iżjed knejjes imżejna kemm fil-festa titulari u anke fil-Ġimgħa Mqaddsa fejn għadhom jarmaw id-damask l-iswed.
  5. Il-Knisja ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun. Imlaqqma l-Katidral tal-Lvant minħabba s-simetrija preċiża li fiha u l-istil mill-isbaħ li biha hi mibnija. Għandha pilastri Doriċi u Joniċi. Fiha wkoll arti kbira minn diversi artisti fosthom Mattia Preti u Xandru Farrugia li kien Żejtuni.

Għidulna liema taħsbu li hija l-isbaħ knisja f’Malta? Nafu li mhux kollha se taqblu magħna li dawn huma l-aqwa ħamsa ….

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com