Malta hija magħrufa għall-….. Kompluha

 Malta hija magħrufa għall-….. Kompluha

Li kieku tkunu mistoqsija għaliex hija magħrufa Malta, xi twieġbu?

Hemm ħafna affarijiet li jiddistingwuwna u jagħmluna poplu uniku f’pajjiż mill-isbaħ.

Ngħidu aħna:

  1. li Malta għandha storja kbira u sinjura
  2. li hija magħrufa għall-ġbid tal-films
  3. insibu siti li huma patrimonju dinji (UNESCO)
  4. għandna l-festi titulari huma kbar u ċċelebrati bl-aqwa mod u Barokk
  5. li l-kċina tagħna hija mħawra sew u bnina
  6. li għandna lingwa tagħna; il-Malti
  7. li r-Reġina Eliżabetta tant ħabbet lil Malta li sejħitilha ‘t-tieni dar tiegħi barra l-Ingilterra’
  8. li l-poplu ta’ Malta huwa ħabriek kif ukoll jaf igawdi
  9. li għandna qalbna tajba u norganizzaw avvenimenti bħall-Istrina; ħaġa rari f’pajjiżi barranin
  10. li hija mdawra b’baħar sinjur u mfittex sew mill-bugħaddasa

X’taħsbu iżjed? Kompluha… Malta hija magħrufa għall-…

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com