Meta ajruplani telqu minn Malta biex jattakkaw l-ajurport ta’ Katanja!

Mamma mia x’waħda din. Qas nimmaġinawha llum. Imbagħad ma’ sħabna l-Isqallin? Min jaf kemm jitilgħu Maltin jixtru u jgawdu f’Katanja. Imma seħħet!
Kien bħal-lum 12 ta’ Jannar tal-1941 meta ajruplani Ingliżi telqu minn Malta biex jattakkaw l-ajruport ta’ Katanja fi Sqallija.
L-għan kien li ma jħallux Ġermaniżi u Taljani jitilqu lejn Malta biex ikomplu l-attakki fuq l-aircraft carrier HMS Illustrious. Din kienet tinsab fil-Port il-Kbir fejn kienu qed isirulha xi tiswijiet wara l-attakki li ġarrbet fi triqitha lejn Malta.
Xi storja hux! Kos toqgħod taħseb, kemm nazzjonijiet kienu miġġieldin u llum huma ħbieb kbar. Tajjeb li nfakkru l-istorja tagħna.
Ritratt: Reddit