Meta l-ħmieġ tal-ħamiem jaqa’ fuqek iżjed minn darba … reġa’ rebaħ premju bomba f’lotterija!

Jgħidu li meta għasfur jagħmel xogħolu fuqek, ikun ġej ir-riżq. U naħseb għamlu sew xogħolu fuq Nathan Dean minn Virginia hekk kif rebaħ $100,000 li jiġu ekwivalenti għal €91,167.50. Dan wara li tnax -il sena ilu kien rebaħ il-premju ta’ $25,000 f’raffle.
Din hija raffle miljunarja li ssir fil-bidu tas-sena u uffiċċjali qalu li Dean minn Henrico f’Virginia xtara l-biljett tiegħu minn Food Lion li hija supermarket chain fil-pajjiż.
F’kumment li ta Nathan Dean qal li kellu diffikultà jikkonvinċi lil martu minħabba li kellu r-rebħa simili, għalkemm b’ammont inqas, tnax – il sena ilu.
Il-professjoni ta’ Dean hija dik ta’ spiżjar. Kulħadd b’xortieh!
Sors: https://www.the-sun.com/money/10051172/won-lotto-players-wife-prize-winning-huge-jackpot/