Mgħobbijin sew m’għand Fish N Chick Għal għand il-Protezzjoni Ċivili
Enemed u Danusan marru għand Fish N Chick ta’ Birkirkara li jinsab f’numru 13, triq Mannarinu, u tgħabbew sew b’ikel li qasamhom bir-riħa tfuħ. Kif qal Daniel, din id-darba kien imiss li jmorru għand dawk in-nies li meta tidħlilhom biċċa xogħol, jaħarqu ħafna kaloriji… Sinjuri … il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Dan il-ġest sar biex juru apprezzament lill-ħaddiema kollha f’dan is-settur li jagħmlu xogħol siewi mmens għall-poplu kollu.
Fil-fatt, ma tantx gawdew fil-paċi l-ikel għaliex daħlet telefonata dwar solar panel qed jabqad fuq bejt tad-dar. U bla dubju, għosfru b’ġirja waħda fuq xogħolhom.
Jekk għandkom lil xi ħadd li jaħdem fil-protezzjoni ċivili, faqqgħulu kumment hawn taħt.