Mingħand Pie Master Pastizzera ta’ tas-Sliema għal xi ħadd li ftit nagħtu kasu imma jagħmel ħafna xogħol

Enemed flimkien ma’ Danusan żaru Pie Master Sliema Pastizzeria fejn ġabru xi pizez biex jagħtuhom lil xi ħadd li forsi ftit nagħtu kasu iżda li jagħmel ħafna xogħol. Minn Tas-Sliema, Danusan flimkien ma’ Enemed telqu lejn Ħal Luqa fid-Direttorat għall-Indafa Pubblika li jaħdmu qatigħ biex iżommu lil pajjiżna nadif.
U mhux biss pizez kellhom, imma festin sħiħ. Ħaqqhom le?! Grazzi lil dawn il-ħaddiema li jaħdmu b’mod kontinwu biex inaddfu t-toroq u l-madwar fil-gżejjer tagħna. Spunt żgħir ħbieb, ftakru li barra huwa darna wkoll, għalhekk, żommu nadif.
Ċemplu fuq in-numru 1718 jekk tixtiequ tirraportaw xi mkejjen li jixirqilhom tindifa.
U, jekk tafu lil xi ħadd li jaħdem f’dan id-direttorat, semmuh u tteggjawh fil-kummenti taħt il-filmat. Grazzi lil Pie Master Pastizzeria ta’ tas-Sliema.