M’intix tiġġennen – il-kalzetti kapaċi jintilfulek fil-washing machine!
Żgur li ġratilkom xi darba u tibda taħseb li qed tiġġennen … fejn marru l-kalzetti? Il-mistoqsija li spiss nistaqsu. Imbagħad forsi ssibhom maż-żmien. Ġieli jiġri wkoll li ma titfax il-par jinħaslu flimkien; tinsa waħda fil-baskett tal-ħwejjeġ għaliex ma joqogħdulekx il-ħwejjeġ kollha u tinzerta l-kalzetta tkun baqgħet barra.
Ġieli wkoll jidħlulek fil-kantunieri ta’ ġewwa tal-washing machine u anke jekk tfittex b’idejk, oħroġ il-għaġeb dawn ma ssibhomx jew ma jintlaħqux jew anke tgħid ‘ok ġbart kollox’ … imma l-kalzetta tkun għadha hemm. Eh x’fihom!
Il-kalzetti tat-trabi jew tat-tfal huma fost l-iżjed li jtuk kedda ssibhom. Jekk qed taqta’ qalbek f’din is-sitwazzjoni, irrikorri għall-ħasla bl-idejn.
Mod ieħor tajjeb kif tevita li jintilfulek il-kalzetti huwa li tniggżilhom labra tas-sarwan (safety pin bl-Ingliż) u tgħaqqad grupp kalzetti flimkien. Hekk tkun serraħt moħħok.
L-aħħar ħaġa; fittxu wkoll il-kalzetti fit-truf tal-qliezet tal-paġami. Iħobbu jiddefsu u jeħlu hemm ukoll!
Good luck!