Prova itfi l-internet wara ċertu ħin – għandek bżonn tistrieħ!

 Prova itfi l-internet wara ċertu ħin – għandek bżonn tistrieħ!

Ehe għandek bżonn tistrieħ. Smajt sew. Ma tistax tibqa’ tkun attakkat b’mod kontinwu mill-midja soċjali, anke fis-sodda ħadtni miegħek.

Qed ngħidlek għall-ġid tiegħek. Żommni mixgħul f’każ li alla ħares qatt jinqala’ xi ħaġa lil tad-dar imma l-internet itfieh.

Qisek qatt ma rajt facebook! Isma’ minni ibni/binti … jien miegħek dejjem imma int trid ħinek. Jekk se żżommni dejjem f’idejk; ħa nġennek… qed ngħidlek kontrija stess. Iddaħħalni kullimkien mamma mia, fit-toilet, anke ssuq bija f’idek …. isma’ minni għax se tagħli!

Ma tafx tneħħini ftit … waqt l-ikel, kullimkien. Għajjejt niġri f’idejk. Ħallini niċċarġja għax jien ukoll irrid nistrieħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com