Qabel ma tgħaddi l-Epifanija ma titneħħhiex bozza!
“Il-Milied jibda mill-25 ta’ Diċembru mhux jgħaddi” – Tqum diskussjoni dwar iċ-ċelebrazzjoni mill-ġdid tal-Epifanija f’Malta
Bosta kienu dawk li rreaġixxew għall-artiklu li tellajna lbieraħ bit-titlu: “Fl-1 ta’ Jannar … tara nies diġà qed iżarmaw!” fejn kien hemm min qal li veru diġà żarma u ħafna oħrajn li jħallu t-tiżjin sas-6 ta’ Jannar; l-Epfianija fosthom il-kantant Malcolm Pisani li huwa magħruf għal kemm iħobb il-Milied.
Stqarr magħna li l-Milied jibda fil-25 ta’ Diċembru u mhux għax beda’ Diċembru jfisser li bdew verament il-ġranet tal-Milied fejn spjega kif fl-aħħar ta’ Novembru l-knisja tibda tiċċelebra l-ġranet ta’ l-avvent li jfisser il-jiem ta’ tħejjija għall-Milied.
“Bosta sfortunatament f’Malta ma jistgħux jifhmu li l-Milied ikun għadu anqas biss beda u meta ħafna jżarmaw ghax jippreferu li minn Novembru jkunu ġa armati jkunu qed jiċċelebraw ġranet li s-sens tal-Milied veru fihom, ma jkunx biss għadu beda”, spjegalna Malcolm.
Tenna wkoll li l-Epifanija hija t-tnax il-ġurnata tal-Milied; il-qofol fejn kważi kważi f’pajjiżi fl-Ewropa jiċċelebrawaha ferm ikbar mill-jiem l-oħra tal-festi li qed nitkellmu fuqhom u tkun ġurnata ta’ festa verament speċjali bi spirtu sabiħ (għalhekk hemm dik li tissejjaħ twelve days of Christmas) bl-ewwel ġurnata tkun il-25 ta’ Diċembru.
Temm jgħid: “Jien personalment inħeġġeġ ħafna lill-pubbliku li forsi jdejjaqhom it-tiżjin wara l-25 ta’ Diċembru, biex iva jibdew l-armar tagħhom iktar tard mis-soltu u b’hekk jiċċelebraw kif suppost il-ġranet verament tal-Milied (25 ta’ Diċembru sas- 6 ta’ Jannar) jum l-Epifanija” fejn enfasizza wkoll u li bhala pajjiż kattoliku din il-festa għandha terġa’ tigi kkunsidrata bħala festa pubblika bħal f’ħafna pajjiżi fl-Ewropa.
X’taħsbu intom?