Stħarriġ jgħid li toqgħod id-dar mat-tfal hija aktar stressanti

 Stħarriġ jgħid li toqgħod id-dar mat-tfal hija aktar stressanti

Survey li jmur lura fl-2018, irriżulta li mal-1,500 ġenitur fir-Renju Unit, 31% minnhom stqarru li joqogħdu d-dar mat-tfal hija rwol ta’ sfida akbar milli dak li jkollok xogħol full time. Irriżulta li 45% minnhom ħassewhom li mingħajr il-parir u l-appoġġ tal-ġenituri tagħhom ma jirnexxielhomx jagħtu daqsekk attenzjoni lit-tfal taghhom li kieku mhux għax għandhom l-għajnuna. Apparti l-isfidi li t-trabi jġibu magħhom speċjalment dawk li għadhom isiru ġenituri għall-ewwel darba, persentaġġ minnhom qalu li jibżgħu ħabba l-iżvilupp tat-tfal, hemm min ħassa ta’ sfida ħafna fid-drawwiet tal-ikel u kif ukoll fil-modi tal-irqad tat tfal.

Minkejja dawn l-isfidi, 42% minnhom iddikjaraw li bħala esperjenza, huma xorta waħda ma jbidluha ma’ xejn din l-esperjenza, hekk kif huma kuntenti li saru ġenituri għall-ewwel darba.

Inti kif taħsibha? Toqogħdu d-dar mat-tfal jew taħdmu? Taħsbu li hija iktar bi tqila li toqgħod id-dar mat-tfal jew li taħdem full time?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com