Qalibhom bid-dgħajsa u ħadd ma seta’ jgħinhom

Bħal-lum 18 ta’ Jannar tal-1826, riħ qawwi mill-Punent kien laqat il-gżejjer Maltin.
Il-baħar kien b’imbatt mill-Grigal u l-Port ta’ Marsamxett intlaqat minn baħar qawwi u Grigalata. Ħames sajjieda mietu meta nqalbu bid-dgħajsa tagħhom u għalkemm rawhom bosta nies, ħadd ma seta’ jagħtiehom l-għajnuna meħtieġa.
Il-mejta kienu Angelo Marino; 31 sena miżżewweġ bi tliet itfal, Fortunato Muscat; 54 sena b’ħamest itfal, Anthony Calleja; 25 sena, miżżewweġ b’tifel, Salv. Seisun; 20 sena u Calcedonio Ellul; 22 sena orfni, iżda kien jgħix ma’ ħuh u oħtu.
Kien infetaħ anke fond biex jiġu mgħejjuna l-familji li wara ftit jiem tela’ għal 1,068 skud.
Minn dejjem kienu jħobbu jgħinu l-Maltin!