Qed jinxtered TikTok bi kliem dispreġġjattiv lejn persuni bil-Kanċer … kif għandna nirreaġixxu?!

 Qed jinxtered TikTok bi kliem dispreġġjattiv lejn persuni bil-Kanċer … kif għandna nirreaġixxu?!

Filmat minn tiktok b’persuna tgħid li qallgħuha d-disabled, il-persuni bil-kanċer u l-lukimja qed jiċċirkola sew fuq il-mezzi tal-midja soċjali.

Bla dubju dan iweġġa’ ħafna nies u jġib miegħu bosta reazzjonijiet.

Madanakollu, irridu nieqfu u naħsbu qabel naġixxu. Huwa minnu li filmat hekk iweġġa’ u kif! Iżda huwa żball li ngħajru lura u naqgħu fl-istess nassa ta’ tpattija b’tgħajjir reċiproku.

F’każijiet bħal dawn irridu naħsbu b’mod miftuħ u nirraportaw l-account tal-persuna lit-taqsima tac-cyber crime fi ħdan il-korp tal-pulizija.
Naraw ukoll kif xorta waħda nistgħu ngħinu lill-persuna li qed ixxerred dan it-tip ta’ kontenut. Huwa ċar li l-persuna nnifishom għandha bżonn l-għajnuna.

Filwaqt li ngħidu dan, inħeġġu biex xorta waħda ma ngħaddux preġudizzji aħna bi kliemna fuq il-persuna. Żball ma jttranġax b’ieħor.

Bla dubju, ieqaf xerred il-filmat!!! Iżjed kemm jinxtered iżjed tagħti lok li jsiru filmati ta’ din ix-xorta.

Nuru solidarjetà ma’ dawk in-nies li ħassewhom urtati u mweġġa’ minħabba l-kliem li ntqal u nappellaw biex inkunu iżjed kawti dwar xi nwasslu fuq il-midja soċjali. Billi għandna account sew jekk tiktok, instagram jew facebook, jew xi mezz ieħor, ma jfissirx li aħna għandna s-saħħa li ngħidu li rridu.

Niftakru; Illum jien, għada int. Rispett!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com