Rigali minn Petland ta’ Ħal Għaxaq għal…? Lil min taw apprezzament illum Danusan?

 Rigali minn Petland ta’ Ħal Għaxaq għal…? Lil min taw apprezzament illum Danusan?

Danusan flimkien ma’ Enemed u llum, Petland ta’ Ħal Għaxaq, marru jagħtu apprezzament lil Kitty Guardians for strays li jinsabu f’Birkirkara.

Din l-entità tagħmel ħafna xogħol ma’ qtates tat-triq (stray cats), biss biss fi ġnien minnhom għandhom madwar 300 qattus u ċirka 90 oħra li Miriam (kitty guardian) iżżomm f’darha li hija sanwtarju tal-qtates.

Il-guardian li laqgħetna għaddiet il-messaġġ li kull għajnuna tgħodd fejn tispera wkoll li jkun hawn inqas qtates fit-toroq.

Għal darb’oħra, Danusan, Enemed flimkien ma’ entitajiet ta’ kummerċ li qed jgħinuna, fil-każ tal-lum, Petland, qed nuru apprezzament lil diversi għall-ġid li jagħmlu fis-soċjetà tagħna bil-modi differenti tagħhom. Grazzi mill-qalb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com