Mill-Ħanut tan-Nemnem … din id-darba għal Mater Dei

 Mill-Ħanut tan-Nemnem … din id-darba għal Mater Dei

Kien imiss li Danusan flimkien ma’ Enemed iżuru lil Joe mill-ħanut tan-Nemnem. Żgur li smajtu biha d-ditta Nemnem! Xemgħat dekorattivi u anke bil-fwieħa li saru popolari u ssibhom spiss iżejnu d-djar, uffiċini u mkejjen oħra. Rigali sbieħ li tista’ tagħti f’kull okkażżjoni matul is-sena kollha.

Mhux talli hekk, talli wara li jispiċċaw, għand Nemnem issib ukoll ir-refills tagħhom. Jiġu f’għamliet u qisien differenti.

Kif qalilna Joe, dawn ix-xemgħat tan-Nemnem tahomlna biex intuhom lil min verament għandu bżonn jirrilassa, u min iżjed huwa adattat mill-ħaddiema li jaħdmu f’Sir Anthony Mamo Oncology Centre?!

Dawn il-ħaddiema jaraw ħafna tbatijia quddiem għajnejhom u jgħinu bosta nies, bil-konsegwenza li huma nfushom ikunu stressjati minħabba li jempatizzaw tant mal-pazjenti.

F’isem Danusan, Enemed u Nemnem, nirringrazzjaw lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u bħal dejjem, jekk tafu lil xi ħadd li ħaqqu taptipa ta’ kuraġġ, ikkummentaw hawn taħt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com