Espressjoni ta’ arti b’forma ta’ tattoo għas-saħħa mentali

 Espressjoni ta’ arti b’forma ta’ tattoo għas-saħħa mentali

Il-fejqan emozzjonali permezz tal-arti u mezzi kreattivi kien ta’ għajnuna għal ħafna.

Ix-xewqa tagħna li nużaw l-arti bħala riflessjoni jew trasformazzjoni personali baqgħet sa mill-bidu taż-żmien, b’ħafna jagħżlu l-arti tal-ġisem fil-forma ta’ tattoo għal varjetà ta’ raġunijiet. Bhala eżempji għażilna l-aħjar 7:

  • Hemm ħafna li jippreferu jagħmlu ‘mindful tattoos’ fejn dawn ikunu żgħar imma tkun tfisser ħafna u turi ċertu importanza u sempliċità għal dawk li jgħaddu minn burraxki fil-ħajja ta’ kuljum.
  • Semicolon hija tattoo popolari wkoll fejn huwa simbolu ta’ solidarjetà bejn dawk minna li ngħixu u nissieltu ma’ mard mentali jew li tilfu lil xi ħadd minħabba suwiċidju.
  • Friefet bħala simbolu jgħid ħafna speċjalment għal dawk li jridu jirreferu għal ħajjithom fejn tgħallmu u kellhom ħafna transformazzjoni.
  • Fjuri jisimbollizaw saħħa kemm fiżika u kemm mentali.
  • Tattoo tar-rużarju tisimbolizza forza soda ta’ fidi u tama fl-iskop divin quddiem l-isfidi.
  • Tpenġija ta’ muntanji fejn waħda mill-aktar frustrazzjonijiet komuni mal-mard mentali hija s-sentiment li l-ġlidiet huma bla waqfien. Iżda dan id-disinn tal-muntanji jagħti s-setgħa u juri s-saħħa fil-ġlieda li kapaċi ngħelbu kollox.
  • Tpenġija tal-mewġ tisimbolizza s-sejba tal-paċi fil-bidliet u l-movimenti mqalba li huma parti mill-ħajja.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com