Tafu kif sar leġġenda James Dean?
Fis-5:45pm tat-30 ta’ Settembru tal-1955, l-attur ta’ 24 sena James Dean tilef ħajtu f’Colame, California, meta l-Porsche li kien qed isuq laqtet Sedan Ford Tudor f’salib it-toroq.
Is-sewwieq tal-karozza l-oħra, Donald Turnupseed, student tal-Università tal-Istat Politekniku ta’ Kalifornja ta’ 23 sena, kien taħt xokk iżda l-aktar ma weġġa’ kien Il-passiġġier ta’ Dean, il-mekkanik Ġermaniż tal-Porsche Rolf Wütherich weġġa’ gravi imma baqa’ ħaj. Wieħed biss mill-films ta’ Dean, “East of Eden,” kien għadu ħareġ sa mewtu. Il-ħabta għamiltu leġġenda.
James Dean kien iħobb il-karozzi tat-tlielaq, u fil-fatt hu u l-Porsche Spyder convertible ġdida fjamanta tiegħu ta’ $7000 kienu fi triqithom lejn tiġrija f’Salinas.
Ix-xhieda sostnew li Dean ma kienx qed isuq bis-saħħa fil-ħin tal-inċident fil-fatt, Turnupseed kien għamel dawra fuq ix-xellug u xi nies kienu stqarru li huwa żgur li kien qed isuq b’veloċità enormi. Kien qala’ biljett tal-veloċità (ticket f’Bakersfield, 84 mil mis-sit tal-ħabta, fit-3:30 pm u mbagħad kien waqaf f’diner għal flixkun koka, li kien ifisser li kien kopra distanza pjuttost f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir.
Intqal li d-dija mix-xemx kienu jagħmluha impossibbli għal Turnupseed li jara l-Porsche ġejja, kienet kemm kienet il-veloċità.
Jingħad ukoll li l-karozza ta’ Dean, li kienet imlaqqma l-Bastard iż-żgħir, kienet misħuta. Tant u hekk, li wara l-inċident, il-karozza ħarġet minn fuq wara ta’ trakk u għaffġet saqajn mekkanik li kien qiegħed fil-qrib.
James Dean sar ikona sesswali wkoll għaliex kien gustuż u kelli ħarsa partikolari.