Tafu li tazza ħamra tagħmel ix-xarba iżjed ħelwa? Pruvawha.
F’filmat minn Dr Karan, jiġi spjegat kif it-togħma mhix biss hija ta’ dak li tkun qed idduq imma wkoll il-perċezzjoni. Eżempju, jekk tieħu xi ħaġa li tkun tqarmeċ, bla ma trid tgħid li hija friska.
Dak li tara u dak li tisma’ jingħaqdu flimkien u jtuk dik is-sensazzjoni partikolari. Jekk tara xi ħaġa ħamra, nassoċċjawha ma’ xi ħaġa ħelwa, l-aħdar ma’ xi ħaġa iżjed mielħa, l-iswed mal-morr … l-aħmar, wara studju li sar minn Professur ta’ Oxford Charles Spence, skontu, qal li tazzi ħomor inaqqsu l-ammont ta’ zokkor li int titfa’ fit-tè jew fil-kafè tiegħek. Imma, it-togħma tkun ħelwa xorta waħda.
Intom temmnuha din? Pruvawha u għidulna hawn taħt fil-kummenti.