Tiktbu lil kulħadd Happy Birthday jew lil min hu viċin tiegħek biss?

 Tiktbu lil kulħadd Happy Birthday jew lil min hu viċin tiegħek biss?

Facebook għandu sistema li jtella’ min qed jiċċelebra għeluq sninu kuljum. Din ovvjament minħabba li fil-profil tiegħek inti tista’ tikteb din l-informazzjoni.

Issib min jagħżel li dan it-tagħrif ma jtiehx.

Huwa tajjeb li facebook ifakkrek għax kif trid tiftakar ta’ kulħadd?!

Hemm min ta’ kuljum idur isem isem ta’ min qed jiċċelebra għeluq sninu u jawguralu. Hemm min imbagħad, jagħżel lil min se jawgura.

Issib min jieħu għalih għax it-tali m’awguralux u hu min-naħa l-oħra jkun wassal ix-xewqat tiegħu.

Issib ukoll lil dawk li mhux talli jawgurawlek, iżda jkunu bilfors iridu jtellgħu ritratt miegħek.

Ċerimonji u affarijiet sbieħ fl-istess ħin. Diment li tieħu gost ma hemm xejn ħażin.

Imma tafu li hemm min jieħu għalih u jibblokkjak għax ma tkunx awgurajtlu? Tistkantaw b’xejn għax dawn huma fatti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com