Qed isuq bil-mod, taqbżu u tinduna li qed jibgħat messaġġ bil-mobile

 Qed isuq bil-mod, taqbżu u tinduna li qed jibgħat messaġġ bil-mobile

X’attakk! Qisek qed issuq wara karozzin. Tara li ma hemm ħadd ġej mit-triq opposta u taqbżu. Tinduna li qed fuq il-mobile. Imbagħad għax qlajna ċitazzjoni.

Ma nitgħallmu qatt. Apparti li jkun imliek b’nervi kbar għax ikun qed isuq bl-20 fil-fast lane.

Possibbli nibqgħu nagħmluha din? Itfa’ mal-ġenb u ibgħat u kompli suq jew stenna. Kif kienu jagħmlu ta’ qabilna bla mobile? Daqshekk urġenti l-affarijiet saru?

Moħħna hemm. Toħloq problemi żejda għalik, tikkawża aċċident, iġġiegħel lil ta’ warajk jinnervja u fl-aħħar u mhux l-inqas, teħel xi €200 għal Alla u għall-erwieħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com