Tirtriegħed meta torgażma … tafu għaliex?
Hemm min iferfer il-pali ta’ saqajh u jagħmel ħsejjes strambi b’ħalqu… imma billi qed tistagħġbu u tiskandalizzaw, dawn huma parti min-natura li tiġrilna u noqogħdu nistħu nitkellmu fuqhom.
Mela, l-ispjega hija hekk; tregħid tas-saqajn: kull ġisem jirreaġixxi differenti meta jkun stimulat u jilħaq il-climax tiegħu. Mhux għax huwa relatat mas-sess, imma relatat ma’ eżerċizzju li tkun għamilt lil ġismek b’mod rapidu.
Waqt l-att sesswali, tinbena tensjoni fil-muskoli li jikkawżaw bħal ġbid. Dan hekk kif is-saqajn huma l-iżjed viċin il-ġenitali allura l-iżjed li jitħaddmu.
Wara li tilħaq l-orgażmu, it-tensjoni tinħall u l-muskoli jirrilassaw, allura, jitriegħedu s-saqajn.
M’hemm xejn inkwetanti fuq hekk. Anqas jekk saqajk ma jitriegħedux, tinkwetax. Mhux kulħadd huwa l-istess! Hemm min jaħseb li biex jorgażma, saqajh iridu jitriegħedu. Le!
Madanakollu, jekk jiġri hekk, tazza ilma jew banana wara, tgħin ħafna għall-muskoli. Anke l-avocado huwa tajjeb ħafna.