Sagħtejn tgawdu mill-aqwa tad-Danusan – Jitħabbar ix-Xow il-Kbir!!!
Dak l-Oscar il-kbir li rajtu lbieraħ għaddej fit-toroq ma kien xejn ħlief l-ikbar Oscar Award tad-Danusan għax-Xow il-Kkbir li ġej. Qas ħaqq kemm paniku qam! X’Waħda din kemm flus iroxx il-pajjiż fil-vojt! Tajba kienet.
Kemm kummenti qlajna … min ħaseb mill-ewwel li ċajta u min erħilha jgħidilna x’jaħseb … “Mhux aħjar intefqu fil-kura u l-isptarijiet”, “Imbagħad nittalbu għall-Istrina!”, “How disgusting…”, “Gossip u xejn fatti”, “Setgħu qabbdu lil xi ħadd milli jagħmel il-karrijiet tal-Karnival u kienet tiġi orħos, apparti li l-flus joħodhom Malti”
Oj żommu l-brejkijiet … Ix-xow ser jieħu x-xeħta bħall-awards tal-films, imma Awards tan-nejk. Sal-qassis mar ibierku dan l-oscar u telfitu l-mara b’telefonata … għax issa jistgħu jiżżewġu bilħaqq. Saħgtejn magħkom il-pubbliku leali tagħna biex intukom l-aqwa tad-Danusan. Ix-Xow il-kbir se jsir fis-sala tal-Junior College fl-Imsida f’Marzu li ġej.
Sander spjega kif min ipoġġi fis-seats ta’ quddiem bħalma jsir dejjem, lil dawn il-persuni jkunu jistgħu jtellgħuhom fuq il-palk imma l-bqija jistgħu jirrilassaw għaliex mhux se jkunu qed jintagħżlu biex jitilgħu fuq il-palk. Din is-sena hija speċjali għaliex Daniel u Sander ser jagħlqu 20 sena jirreċtaw flimkien fuq il-palk.
Ixtru l-biljetti tagħkom hawn.
“Qis li tiġi condo!”