X’Bassar Nostradamus għas-sena 2024? Qata’ dak li bassar għas-sena li għaddiet!!!

 X’Bassar Nostradamus għas-sena 2024? Qata’ dak li bassar għas-sena li għaddiet!!!

Nostradamus, l-astrologu Franċiż u li għex fis-sekla 16, għadu popolari fid-dinja sal-lum il-ġurnata li spiss naraw ktibiet fuqu u fuq dak li ħaseb. Mur għidlu kemm kellu jibqa’ jissemma.

Waħda milli bassar għas-sena 2023 seħħet u kif. Kien qal li tant se jogħlew il-prodotti bażiċi tal-ikel li n-nies se jaslu biex jieklu lil xulxin. Din tista’ toħodha f’kuntest simboliku; il-prezzijiet veru għolew, żdied is-serq u l-attivitajiet kriminali fid-dinja kollha li jwasslu biex nies joqtlu lil xulxin a skapitu ta’ progress individwali u egoistiku. Ġrat le?!

Semma wkoll gwerra kbira, u tibdil fil-klima b’mod drastiku. Seħħew ukoll.

X’qed ibassar għall-2024?

Għal darb’oħra, Nostradamus hawnhekk isemmi l-faqar u l-ġuħ li jiżdied. Isemmi wkoll il-gwerra u jsemmi b’mod speċjali l-armata l-ħamra. Tgħid qed jirreferi għaċ-Ċina? Isemmi wkoll li din kapaċi sseħħ fuq il-baħar.

Mhux biss, isemmi li se jkun hawn re fis-sena 2024 li ma jkunx kapaċi jmexxi, jabdika u jilħaq ibnu. Tgħid għal Karlu u William kien qed jirreferi?

Isemmi wkoll li fl-2024, ser ikun hemm Papa ġdid.

Intom temmnuhom dawn it-tbassiriet?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com