X’għandek tkun taf jekk se ssiefer lejn il-Ġappun?
l-Ġappun beda s-sena 2024 b’żewġ traġedji kbar; li ħallew kemm lill-pajjiż inkwetat u anke lill-vjaġġaturi mħassbin.
Fl-1 ta’ Jannar, terrimot b’qawwa ta’ 7.5 fuq l-iskala Richter laqat il-peniżola ta’ Noto u ħalla nies mejta u mijiet feruti.
L-għada t-Tlieta, ajruplan tal-Japan Airlines u ieħor tal-gwardja tal-kosta ħabtu fl-Ajruport ta’ Tokjo; haneda u qatel 5 membri tal-ekwipaġġ. Ħaġa tal-iskantament kif dawn it-traġedji kienu, jew ġew marbuta ma’ xulxin għaliex dan l-ekwipaġġ kien fi triqtu biex imur jgħin lill-vittmi tat-terrimot.
Minħabba dan l-inċident, ġew affettwati s-sistemi ta’ mobiltà fil-pajjiż innifsu. Ħafna turisti li jżuru l-Ġappun jużaw il-linja ferrovjarji. Imma, minħabba li fl-ajruport ta’ Haneda donnu ruħ ma ħadux, dawn qed ikunu affettwati bi nfluss u allura, ser jaffettwawk jekk inti se tkun turist fil-pajjiż.
Jekk inti min-naħa l-oħra, tinkweita u thewden, tajjeb li taħseb qabel issiefer lejn il-pajjiż. Huwa minnu li l-Ġappun jintlaqat spiss minn attività sesmoloġika. Huwa wkoll minnu li wara t-terrimot tal-ewwel tas-sena, inħarġet twissija ta’ tsunami. Imma jew tagħmel kuraġġ u tirraġuna li ‘fejn iridek isibek’, inkella ara li int inxurjat u biddel il-ħsieb. Jekk se tmur b’ras daqs qartalla, aħjar ma tmur xejn għax ma tiħux gost.