7 affarijiet li m’għandek qatt tnaddaf bil-baking soda
Il-Baking soda huwa magħruf għal kemm inaddaf u jaqla’ l-ħmieġ u t-tebgħat. Jintuża spiss saħansitra anke fuq ħwejjeġ. Imma xorta waħda hemm fejn huwa projbit li tużah inkella se jagħmel iżjed ħsara milli ġid.
- Fosthom fuq art tal-injam. Anqas fuq għamara tal-injam ma hu tajjeb. Hemm materjal apposta li jnaddaf imma mhux il-baking soda. Għall-injam, kultant ftit sapun normali u ilma fietel jagħmel il-mirakli. Importanti li tixxotta sew dejjem.
- għodda tal-kċina tal-aluminium. Hawnhekk ukoll mhux issuġġerut li jintuża l-baking soda. Ħa ngħiduha kif inhi, jekk timsaħ bih biss tgħaddi, imma li tħallieh joqgħod, se jqaxxarlek.
- stoves taċ-ċeramika. Jekk tuża l-baking soda, se jħallilek marki bojod qisu grif.
- keyboard u oġġetti li fihom xquq. Qatt tuża l-baking soda. Jifniltralek ġewwa u l-prodott jispiċċa għaliex jittiekel.
- platti u pużati tal-fidda jew deheb. Il-Baking soda se jigref dan kollu. Tużahx hawnhekk.
- uċuh tal-irħam. Bil-baking soda, se tneħħi dak is-saff ta’ protezzjoni li jkun hemm fuq l-irħam u ġġibu raff.
- ħġieġ. Il-Baking soda jiġi diżastru hawnhekk. Iħallilek lega li jkollok iddum tgħorok biex iġġibu sura ta’ nies.
Kultant, is-sempliċi jagħmel il-mirakli. Ilma. Naddaf bil-galbu u llostra b’biċċa niexfa wara. Tiffissax.