Korsijiet tar-realtà virtwali fil-Kunsill Lokali tal-Isla

 Korsijiet tar-realtà virtwali fil-Kunsill Lokali tal-Isla

X’innovità dik. Prosit lill-Kunsill Lokali tal-Isla li qed jippreżenta dawn il-korsijiet interessanti u moderni għal dawk ta’ bejn l-14 u t-18 -il sena.

Id-dati huma: 4, 6, 7 ta’ Marzu, 8, 10, 11, 15, 17, 18, 22, 24, 25 u 29 t’April bejn l-16.00 u s-19.00.

Tista’ tapplika l-attendenza tiegħek billi ċċempel fuq 21 662 424. Dan huwa proġett ko-finanzjat minn għotja ta’ fondi min-Norveġja taħt il-fondi tan-Norveġja.

Żgur li huma interessanti mmens. Fihom titgħallmu xi tfisser ir-realtà virtwali, minn fejn ġiet u x’tista’ toħloq biha. Ser tkunu wkoll qed tużawha u tipprattikaw biha stess.

Dan il-proġett ser ikun ippreżentat minn Sander.

Titilfux din l-opportunità!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com