Bil-Malti niftiehmu jew qisna qed nitkellmu Ċiniż? Kemm nikkomunikaw sew?

 Bil-Malti niftiehmu jew qisna qed nitkellmu Ċiniż? Kemm nikkomunikaw sew?

Il-lingwa Maltija dan l-aħħar qed ikun hawn sforz biex tingħata l-importanza kif tassew jixirqilha. U hekk għandu jkun.

Imma jkun hemm mumenti fejn ġieli nitkellmu ma’ xulxin bil-Malti u anqas nifthiemu. Xi jfisser dan? Li persuna ma tkunx trid tifhem? Jew inkella ma nikkomunikawx sew bil-kliem li suppost?

Dan kollu ġej minn influwenzi mhux biss ta’ lingwi barranin imma anke mill-progress u l-moderniżmu bl-użu ta’ apps bħall-whatsapp. Spiss jinkitbu sentenzi fil-qosor jew ittri li jirreferu għal frażijiet bħal tjb: tajjeb u kliem ieħor, inkluż bl-Ingliż innifsu li qed ibiddlu l-forom tal-kliem, tant li jiġu huma l-kliem li l-pubbliku jibda jidra juża u jisma’.

Minna trid tiġi. Jew se nieħdu ħsieb jew se nitilfu ħafna. Din tiġi wkoll mill-ħajja mgħaġġla. Jew se nibagħtu messaġġ sura ta’ nies jew kollox fil-qasir qisna mġienen.

iftaħ għajnejk ja poplu qabel ikun tard wisq. Il-lingwa Maltija rridu nieħdu ħsiebha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com