Billi għandek l-ingwanti u qed tmiss kull ħaġa, m’intix tagħmel sew

 Billi għandek l-ingwanti u qed tmiss kull ħaġa, m’intix tagħmel sew

Il-personalità magħrufa Maria La Barokka Muscat għaddiet kumment ftit jiem ilu fuq il-midja soċjali tagħha fejn spjegat l-ilbies tal-ingwanti.

“Jekk bl-istess par ingwanti se taqbad kull ħaġa bihom, xorta se tferrex il-mard”, kitbet Maria. U għandha raġun.

Issib min jargumenta li qed bl-ingwanti, allura suppost sigur u nadif. Mentri jmiss kollox u kull ma jkun hemm bżonn bihom. L-ingwanti m’humhiex tal-maġija. Il-mikrobi jeħel magħhom ukoll.

Spjegat kif tara spiss ħwienet li jqattgħu prodotti tad-delicatessen bħal ġobon u perżut u mbagħad jiftħu l-fridges, jużaw il-magni u jibdqgħu dejjem bl-istess ingwanti. Fuq il-magni u l-fridges biss biss hemm mikrobi oħra.

Suppost, l-ingwanti għandhom jinbidlu. Jew inkella aħjar ikun li taħsel idejk biex isservi u din tkun iżjed iġenika. Immaġinaw li l-persuna żżomm l-istess ingwanti f’idejha għal ħin twil.

“Aħjar ħasil tal-idejn ta’ spiss”, temmet tgħid Maria.

Intom x’taħsbu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com