Ċerti ristorani ma jaċċettawx klieb mhux għax iridu imma għax …

 Ċerti ristorani ma jaċċettawx klieb mhux għax iridu imma għax …

Spiss jitilgħu kummenti fuq il-midja soċjali li t-tali ristorant ma ħalliehomx jidħlu bil-kelb tagħhom u dlonk ikun hemm min jissuġerixxi bojkott. Dawn minħabba li l-imħabba lejn l-annimali kibret sew u sar iżjed hawn għarfien ta’ kemm huma parti mill-familja.

Imma qabel ma nfajru bl-addoċċ irridu ninfurmaw ruħna sew. Abbli s-sid ikun iħobb il-klieb daqsna imma….

L-Att tas-sigurtà tal-ikel tal-2004 tgħid li annimali m’għandhomx ikollhom aċċess f’postijiet fejn l-ikel qed ikun ippreparat jew storjat. Dan ifisser ukoll li suppost ġo supermarket, ma jistgħux jiddaħħlu.

Fir-rigward tar-ristoranti, annimal jista’ jiddaħħal ġaladarba l-kċina ma tkunx fuq l-istess pjan fejn jieklu n-nies. Jekk il-kċina tkun f’sular ieħor, hekk iva jkunu jistgħu jaċċettaw il-klieb.

Tajjeb ninfurmaw ruħna qabel nuru stmerrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com