Do not bend – u tirċievi posta mgħawġa ganċ

 Do not bend – u tirċievi posta mgħawġa ganċ

Qatt esperjenzajtuha? Ittri kbar jew xi pakkett b’xi DO NOT BEND bl-inka biex dak li jkun joħodlok ħsiebha u xorta ssibha mitnija fi tnejn fil-kaxxa tal-ittri tiegħek.

Bla dubju mhux dejjem ikun tort tal-pustier. Pakkett daqshiex u jrid jgħaddi minn tiċrita rqiqa iżjed minn ma nafx xhiex, ma għandux tort hu?! Il-pustier ma jkollux tiegħek biss, irid ilaħħaq xogħolu.

Għalkemm ix-xogħol xorta għandu jsir b’rispett. Għalhekk trid tiġi miż-żewġ naħat. Jekk ordnajt xi ħaġa importanti tista’ tara li int tiġborha inti stess mill-uffiċċju postali.

Inkella jekk tridha ġo darek, forsi tara li min qed jibgħat, jagħmel bħal kartuna li sservi ta’ bażi ħalli l-kontenut ma jitgħawwiġx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com