Fiċ-Ċina jibnu binja ta’ 10 sulari fi 28 siegħa biss
Xi ħaġa straordinarja. Fiċ-Ċina, inbnew 10 sulari t’appartamenti fi 28 siegħa biss. Temmnuha din?
Din turi kemm iċ-Ċiniżi dejjem kienu minn ta’ quddiem fis-sistemi tagħhom; sew teknoloġiċi u anke dawk fil-kostruzzjoni.
Is-sigriet ta’ din il-ħeffa kien li bnew il-partijiet fi mkien ieħor, imbagħad għaqqduhom flimkien fuq is-sit. Dan iffranka ħafna ħin filwaqt li taw attenzjoni kbira lis-sigurtà u s-saħħa tal-binja.
Iċ-Ċiniżi huma magħrufin għall-ħeffa u li huma kapaċi jsolvu problemi fi bliet kbar fi ftit ħin.