Flok jissoffjaw, tismagħhom itellgħu qishom qed jaħartu

Jaqq u jaqq. X’vizzju ikrah! Hawn ħafna minnhom. Imma possibbli ma jindunawx li n-nies madwarhom qed jindunaw bihom u jitqallgħu?
Ommi ma x’attakk! Żomm tissues miegħek u ssoffja. M’hemm xejn ħażin jew maledukat li tissoffja jekk għandek bżonn. Dik hija n-natura.
Hija iżjed maledukata li ttella’ minn imnieħrek qisek xi moħriet u l-ħsejjes antipatiċi li tagħmel li ma tantx juru li int ta’ klassi.
Jekk inqbadt bla tissue, itlob wieħed. Kun nadif u rrispetta lilek innifsek u lil ta’ madwarek.