Għala kelb idawwar rasu meta tkellmu?
Wisq ħelwin. Il-klieb sbieħ u jħobbu ħafna lil sidhom. Żgur li ġieli nnutajtu li meta tkellimhom, jibdew idawru rashom laġenba bħal donnhom qed jifhmuk.
Filwaqt li hemm klieb li jdumu iżjed ma jitgħallmu, hemm oħrajn li jitgħallmu ħafna malajr anke jekk tippreżentalhom 10 ġugarelli differenti b’ismijiet differenti u jkunu kapaċi jiftakru għal liema wieħed qed tirreferi meta ssemihulhom.
Jidher li meta kelb imejjel rasu, ikun qed jipproċessa l-informazzjoni li inti tkun qed ittieh. Ikunu qed ifakkru lilhom infushom għal xhiex qed tirreferi u jassoċċjaw kliemek ma’ viżjoni tal-oġġett.
Hemm klieb li jinbħu malli ssemilhom xi ħaġa jew inkella malli jisimgħu bieb iħabbat għaliex ikunu qed jifirħu u lesti li jagħtu l-merħba famuża tagħhom għal kull min jiġi.
Biss, meta jirrabjaw u jikxfu snienhom, ibża’ minnhom u tmisshomx. Trattaħhom b’kawtela u bi mħabba. Il-kelb huwa l-iktar annimal li jitqies bħala ħabib tal-bniedem.