Kemm tixrob te kuljum?

 Kemm tixrob te kuljum?

Waħda filgħodu malli tqum, oħra xil-11am, imbagħad oħra xil-4pm u tazza te oħra sħuna qabel ma torqod…Din ir-rutina probabli familjari għalik, u għal ħafna oħrajn li jħobbu dik it-tazza te’ sħuna u frekwenti li takkumpanjahom matul il-ġurnata.

It-te għandu benefiċċji tajbin għall-bniedem, iżda dejjem jekk wieħed ma jeżaġerax fil-konsum. Infatti, il-konsum irrakkomandat huwa dak ta’ bejn 2-3 tazzi te kuljum. Qed ngħidu bejn 700 u 900ml f’ġurnata. Apparti li l-pjanta tat-te, ilha magħrufa ħafna għall-ħiliet mediċi tagħha, jingħad li meta wieħed jixrob it-te, kapaċi jnaqqas ir-riskju li jesponi lilu nnifsu għal mard kroniku bħad-dijabete u mard tal-qalb, kif ukoll kanċer u obesità.

Iżda jekk taqbeż din id-doża massima ta’ kuljum, jista’ jkun hemm xi effetti sekondarji li huma ftit inqas pjaċevoli!

 

  1. It-te jnaqqas l-assorbiment tal-ħadid fil-ġisem meta tieħu aktar minn tliet tazzi kuljum
  2. Minħabba li fih il-kafeina, konsum eċċessiv ta’ te jista’ jżidlek l-ansjetà u l-livell ta’ stress, kif ukoll jista’ jħarbatlek ir-rutina tal-irqad
  3. Jista’ jqabbdek ukoll dardir, speċjalment jekk tieħu ħafna te, jew tieħu te fuq stonku vojt
  4. Jista’ jqabbdek ħruq fl-istonku
  5. Konsum repetut ta’ te, partikolarment anke meta jkun hemm nuqqas ta’ konsum ta’ ilma, jista’ jqabbdek ukoll uġigħ ta’ ras
  6. Tista’ tiġi wkoll dipendenti fuq it-te u meta ma tieħux tiġik uġigħ ta’ ras, qalbek tibda tħabbat aktar veloċi u anke tħossok aktar għajjien

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com