Għandha ssir madatorja li jkollok changing unit għat-trabi fil-latrini?

 Għandha ssir madatorja li jkollok changing unit għat-trabi fil-latrini?

Kemm huwa frekwenti li tidħol f’xi latrina pubblika jew f’xi restorant u ma ssibx changing unit għat-trabi? Sfortunatament, ir-risposta għal din il-mistoqsija mhix bil-wisq pożittiva, speċjalment meta l-latrina tkun tal-irġiel.

Meta persuni joħorġu bit-trabi tagħhom, għandhom bżonn sistemi effiċjenti li jgħinuhom ikomplu bil-ħajja soċjali tagħhom mingħajr problemi u tħassib żejjed. Għalekk, huwa importanti li kull latrina pubblika, kif ukoll kull restorant jew post ta’ divertiment tal-familja lokali, ikollu changing units installati.

Apparti minn hekk, dawn iċ-changing units, meta ssibhom, ġeneralment ikunu fin-naħa tan-nisa. Din tkompli tibni fuq mentalità antikwata li tpoġġi lin-nisa bħala l-persuna ewlenija li tieħu ħsieb it-tfal u telimina kompletament lir-raġel. It-tfal huma tat-tnejn u għalhekk, biex il-mentalità tinbidel għandna naraw li ma nkomplux noħolqu sitwazzjonijiet li jippermettu jew jiffaċilitaw ideoloġiji sessisti. Changing units tat-tip, allura, għandek issibhom kemm fin-naħa tal-irġiel u anke fin-naħa tan-nisa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com