Hawn devozzjoni kbira lejn il-Kurċifiss tal-Isla

 Hawn devozzjoni kbira lejn il-Kurċifiss tal-Isla

Ftit tal-jiem ilu rajna t-tlestija tar-restawr tal-Kurċifiss li jinsab fl-Oratorju tas-Santissimu Kurċifiss fl-Isla. Dan imur lura għas-seklu 18 u kien inġieb minn Ruma, maħdum apposta għal dan il-post.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kien sofra minn ħsarat minħabba t-tfiegħ ta’ bombi.

F’dan l-istess oratorju nsibu r-Redentur mirakoluż li jiġbed tant nies b’devozzjoni lejh.

Fir-restawr li sar, ħareġ li b’kollox dan il-kurċifiss kellu mal-5 interventi tul is-snin bl-aħħar wieħed, ikun inawgurat ftit jiem ilu. B’hekk, il-kurċifiss issa jinsablura fl-istat oriġinali tiegħu. Ir-restawr sar mir-restawratriċi brava, Valentina Lupo.

Interessanti kif it-terħa ta’ Kristu, għandha l-kulur blu li tirrappreżenta d-divinità.

Nieħdu gost naraw restawr ta’ din il-kwalità biex b’hekk ngħożżu l-wirt rikk li għandna f’pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com