Hawn nies li jħobbu jħallu l-karozza kważi qoxqox mill-petrol/diesel

 Hawn nies li jħobbu jħallu l-karozza kważi qoxqox mill-petrol/diesel

Vizzju? Traskuraġni? Għax tinsa? Min jaf! Imma l-ħsara int se tbatieha.

Mhux tajjeb li tħalli l-karozza tiegħek kważi qoxqox mill-fjuwil anke meta tibda tixgħel il-bozza li turik li għandek bżonn timlieha.

Meta jiġri hekk, il-karozza trid tara biex se taħdem u jinħoloq kondensazzjoni (condensation) biex tipprova taħdem. Dan l-ilma li jinħoloq joħloq korruzzjoni fis-sistema li jwassal għal ħsara bla bżonn.

Veru li forsi tipprova ġġebbed kemm tiflaħ biex timla l-karozza tiegħek, imma bil-ħsara li tikkawża, ser ikollok tonfoq iżjed.

Hija raġunata imma ssib minn kollox. Hemm min jippreferi hekk.

Il-karozza bħal bniedem li mingħajr ikel jieqaf. Hekk ukoll il-vettura tiegħek. Tippretendix iżżejjed.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com