Min ivvinta l-kellogs cornflakes ried jgħin lill-Amerikani fid-diġestjoni

 Min ivvinta l-kellogs cornflakes ried jgħin lill-Amerikani fid-diġestjoni

Lura ħafna fis-snin, meta kienet tkun mistoqsija x’hemm għall-kolazzjon, l-Amerikani kienu jgħidu “hemm minn kollox.” L-Amerikani u forsi anke aħna l-Maltin, għandna assimilazzjoni mal-obeżità.

Dr John Harvey Kellogg kien ivvinta l-corn flakes mhux biex jagħmel il-profit, imma l-iskop kien li joħloq kolazzjon bi prodott tajjeb għas-saħħa u li jgħin fid-diġestjoni.

Sa minn filgħodu, l-Amerikani kienu jibdew jieklu anke l-laħam bħal fl-ikla ta’ filgħaxija. Din ħolqot problemi ta’ saħħa kbira.

Il-corn flakes kien ivvintat fl-1890 u għall-bidu, ħadd ma ried jippruvah. Kellhom jaslu l-ewwel snin tas-seklu 20 biex sar popolari u Dr Kellogg ħa l-okkażjoni biex ixerred l-informazzjoni dwar saħħa aħjar u x’ikel joħloq konstipazzjoni u okkupazzjoni fl-istonku.

“I am not after the business,” he told people. “I am after the reform.”

Jidher li din il-formula tiegħu rnexxiet u saret suċċess mondjali fejn sal-lum għadna nużaw dan il-prodott li anke daħal b’mod naturali fil-lukandi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com