Huwa normali li tibki l-pet tiegħek meta jmut?

 Huwa normali li tibki l-pet tiegħek meta jmut?

Ovvja. Kif tista’ le? Mela dawn ma jsirux parti mill-familja tiegħek?

L-annimali jtuk imħabba bla kundizzjoni. Jistennewk u jħobbuk kull kif.

Bla ma trid tħobbhom iżjed f’kull mument tal-ħajja anke minħabba esperjenzi li tgħaddi u l-annimali ssibhom hemm donnhom jifhmu x’qed tħoss inti.

Ġieli smajna anke l-frażi “Jitkellmu jonqoshom”.

Li tibki l-pet tiegħek ġaladarba jmut hija normali. Importanti li tipprova taċċetta dan il-fatt u anke tieħu ftit ħin biex tipproċessa dak li ġara. Iva, huwa importanti li tieħu ħsieb l-emozzjonijiet tiegħek meta jiġri hekk … il-bniedem iħoss għall-annimal, u bir-raġun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com