Id-ditta Fiat b’5 karozzi ġodda sal-2027

 Id-ditta Fiat b’5 karozzi ġodda sal-2027

Id-ditta Taljana tal-karozzi Fiat qed tipproġetta li sal-2027 se tkun qed toħroġ fis-suq ħames mudelli ġodda fil-familja tal-Fiat Panda. Id-ditta Fiat hija waħda mill-aktar ditti magħrufin mad-dinja u f’Lulju ta’ din is-sena se tkun qed tagħlaq 125 sena minn meta ġiet iffundata.

Il-mudelli l-ġodda, fosthom Fiat Panda elettrika, se jkollhom disinn intern b’ħafna forom ovali, se jagħmlu użu minn plastik riċiklat u bambu, filwaqt li se jaħdmu wkoll b’mod ekoloġiku. Minn barra mbagħad, se jingħataw disinn li l-fini tiegħu huwa li joħloq gosti sbieħ u differenti, b’forma aktar robusta minn dik tal-Panda kif nafuha llum.

Fiat qed tippjana li toħroġ modalitajiet differenti għall-mudelli tagħhom, jiġifieri wieħed jista’ jixtri l-istess mudell li jaħdem jew bl-elettriku, jew bil-gass jew b’modi alternattivi oħrajn.

Fost il-verżjonijiet ġodda tal-Panda wieħed se jsib dik sportiva, dik forma ta’ pick-up u anke oħra forma ta’ SUV, adattata għall-bżonnijiet tal-familji. Il-kumpanija qed taħdem ukoll fuq verżjoni oħra ispirata mill-mudell tal-Panda li jmur lura għall-1980: il-Panda Camper.

Ara x’kellu xi jgħid il-Kap Eżekuttiv ta’ Fiat Olivier Francois dwar dak li qed taħdem fuqu d-ditta Fiat bħalissa:

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com