Iħallina Grezzju Barun – magħruf għall-ħelu prim speċjalment il-figolli

 Iħallina Grezzju Barun – magħruf għall-ħelu prim speċjalment il-figolli

Dalgħodu l-poplu Żabbari qam imbikkem għat-telfa ta’ wieħed minnhom; Grezzju Barun li kien magħruf għall-ħelu bnin li kien jagħmel. Din is-sena l-karnival u l-Għid mhux se jkunu l-istess mingħajru. Min qatt ma daq figolla minn tiegħu b’mili doppju u tant tajjeb? Min qatt ma xtara prinjolata tant tajba kif kien jagħmel hu?

Bosta huma dawk li qed isellmulu permezz tal-midja soċjali fosthom ibnu Jonathan bil-kliem sempliċi imma mill-qalb: “Ċaw Da, Inħobbok!”

Jidher li Grezzju ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu mdawwar mal-familja għażiża tiegħu fejn tul dan l-aħħar xahar bata mhux ftit.

Familjari tiegħu rringrazzjaw lill-infermiera tad-Day Care Unit fit-Taqsima Paljattiva kif ukoll lill-istaff tal-Hospice Movement għall-imħabba u d-dedikazzjoni tagħhom f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Minn stradarjali.com nsellmu l-memorja tiegħu u nwasslu l-kondoljanzi lill-familjari.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com