Il-fibromyalgia qed issir komuni. Xi tkun?

 Il-fibromyalgia qed issir komuni. Xi tkun?

Sirna nisimgħu b’ħafna nies li jbatu mill-Fibromyalgia. Din hija diżordni kronika li tikkawża uġiegħ, għajja fil-ġisem u anke problemi fl-irqad. Xjentisti ma jifhmux eżatt x’jikkawżaha ħlief li l-persuni li jbatu minnha, isofru ħafna minn uġieħ kbir.

Fost is-sintomi li jkun hemm meta persuna tbati mill-fibromyalgia, ikun hemm ukoll dipressjoni u ansjetà, problemi ta’ konċentrazzjoni u fuq il-ħsieb u anke migranja.

Għalkemm ma teżisti l-ebda kura fil-konfront tagħha, hemm trattamenti li jgħinu biex jitnaqqsu dawn is-sintomi. Bla dubju, l-eżerċizzju jibqa’ l-iżjed popolari. Hemm min sab rimedju fl-acupuncture, tai Chi jew inkella meditazzjoni u klassijiet tal-yoga.

Importanti li żżomm kalm u tirilassa kemm jista’ jkun. Dejjem nissuġerixxu li tieħdu parir professjonali meta niktbu suġġetti bħal dawn. L-għan tagħna huwa dejjem li nkomplu nqajmu kuxjenza filwaqt li ntukom kuraġġ. M’intomx waħedkom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com