Tipprepara l-ħwejjeġ tax-xogħol minn lejl qabel?

 Tipprepara l-ħwejjeġ tax-xogħol minn lejl qabel?

L-iscouts għandhom il-motto: Be Prepared/ Kun Lest. Ovvjament dan imur għal kull ma jinqala’ fil-ħajja biex f’każi differenti, ikunu tal-ewwel għajnuna.

Jekk inqablu dan il-motto u nadattawh għal ħajjitna, jgħinna mmens. Imur ukoll fl-andament tal-ħajja tagħna fuq bażi ta’ kuljum

Ħafna huma dawk in-nies li jħobbu jlestu l-ħwejjeġ mil-lejl ta’ qabel biex filgħodu ma jinħlewx jagħżlu x’se jilbsu, jgħaddu u jqabblu. Allura b’hekk ma jinħeliex ħin.

Kulħadd jaf li filgħodu, huwa l-iżjed ħin xi ftit mexxej minħabba li nkunu rridu mmorru għax-xogħol. Min għandu familja bi tfal żgħar, din taf tkun battikata wkoll biex jipprepara kollox u joħroġ fil-ħin.

Allura, huwa ħsieb tajjeb li naħsbu x’se nilbsu l-għada. Imbagħad, jekk it-temp ikun differenti, nadattaw. Tajjeb li naħsbu ftit fil-ħajja u ma narawx kollox bl-għaġġla ħalli ngħixu verament aħjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com