“Il-Film klassiku ta’ Mary Poppins għandu kliem razzist” – BBFC

 “Il-Film klassiku ta’ Mary Poppins għandu kliem razzist” – BBFC

Il-kumpanija BBFC (British Board of Film Classification) qalet li fil-film klassiku u tant popolari sal-lum, Mary Poppins, fih kliem razzist. Il-kelma li tintuża darbtejn hija ‘hottentots.’

Din il-kelma hija rrekordjata li ntużat ħafna snin ilu sa mis-seklu 17 u kien titlu li l-Ewropej użaw fil-konfront tal-Khoikhoi (grupp etniku). Din qed titqies bħala offiża llum.

Għalhekk, il-kumpanija Ingliża bidlet il-klassifika tal-film Mary Poppins minn U (Universal) għal PG (Parental Guidance).

Il-film kien produzzjoni ta’ Disney f’forma ta’ musical lura għall-1964.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com