Il-kelb ta’ Joe Biden gidem lin-nies 24 darba
Jidher li ma kellhom esperjenza sabiħa xejn is-servizzi sigrieti tal-President Amerikan Joe Biden mal-kelb tiegħu tar-razza German Sheperd fejn jidher li bejn ottubru tal-2022 u lulju tal-2023, kienu rrapurtati mal-24 inċident ta’ gdim minnu.
Aġent minnhom kien anke wissq biex jagħtuh l-ispazju tiegħu. Dan kollu wassal biex Commander, kif kien jismu l-kelb, tneħħa mill-White House.
Din l-informazzjoni saret pubblika permezz ta’ dik li tissejjaħ FOI: Freedom of Information.
Commander gidem lis-servizzi sigrieti f’diversi postijiet ta’ ġisimhom fosthom f’qaddhom, f’koxxthom, fil-polz u saħansitra anke fl-ispalla.
Jill, mart il-President stqarret li ppruvaw diversi tattiċi biex il-kelb ma jigdimx, imma ma rnexxielhomx.
Nisperaw li qed f’idejn tajba u jħobbuh xorta waħda.