Illum, kapaċi ma tixxerja xejn f’ my story jew ma tħossokx tajjeb?
Tentazzjoni, bilfors, stress, tħossok mhux bħal ħaddieħor u ħafna aġġettivi oħra. Hekk ġabitna l-midja soċjali. Mingħajrha, ħafna nies jitilfu l-għixien tagħhom fid-dinja tal-lum.
Imma jekk il-ħobża tiegħek ma tibbażax minn hemm, xorta tħossok marbut li taderixxi bħall-kumplament?
Għaliex il-bniedem iħossu li jrid jagħmel dawn il-ġesti anke jekk joħolqulu stress?
“Ma nafx x’se nitfa” – “Titfa’ xejn” … tant li naqgħu f’livelli bla sens u tispiċċa tixxerja affarijiet li ma jagħmlux sens.
Din id-darba, dan is-suġġett li jmur id f’id mas-saħħa mentali, jiddependi minna nfusna. Imma kemm aħna kapaċi niirreżistu? Saret iebsa ħafna.
L-għajta popolari tibqa’ li llum trid turi nkella tintesa, titwarrad u jgħadduk. Kemm se tiġi agħar din it-tellieqa maż-żmien?
Hemm l-għajta l-oħra li ħaddieħor jagħmel li jrid u jien nagħmel li hemm bżonn.
Int ma’ liema waħda tagħmel?