Inti tiekol laħam kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa fir-Randan?

 Inti tiekol laħam kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa fir-Randan?

Huma diversi dawk il-persuni li matul ir-Randan isibu modi differenti kif isumu. Hawn min li f’Ras ir-Randan, fid-Duluri u l-Ġimgħa l-Kbira jsum u ma jikolx laħam. Iżda hawn min imur pass oltre u jiddeciedi li ma jikolx laħam kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Ġimgħa matul ir-Randan kollu.

Din hija tradizzjoni li żviluppat fl-Ewropa, li iżda snin ilu kienet tapplika għal aktar mir-Randan. Infatti, għad hawn anke Maltin li jiddeċiedu li ma jiklux laħam nhar ta’ Ġimgħa matul is-sena kollha. Dan isir biex ifakkru l-mewt ta’ Ġesù, li kif tirrakkonta l-Bibbja seħħ il-Ġimgħa.

Intant, il-Knisja Kattolika fl-Ewropa kienet daħħlet l-użanza wkoll li matul il-ġimgħat tar-Randan, ma jittikilx laħam lanqas nhar ta’ Erbgħa. L-unika persuni li kienu eżenti milli jsumu kienu dawk li kellhom aktar minn 59 sena jew inqas minn 14-il sena.

Iż-żminijiet inbiddlu u ħafna m’għadhomx isumu b’dan il-mod, iżda għad hawn Maltin li jsegwu din it-tip ta’ tradizzjoni. Inti wieħed minnhom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com