Irġiel li jiżbħu difrejhom suwed … xi tfisser?
Iż-żebgħa sewda fuq id-dwiefer hija simbolu ta’ individwalità u livell għoli fuq is-sbuħija. Tħalli lir-raġel juri li għandu stil u personalità, irrelevanti l-ġeneru anzi, mod kif tħaddan l-espressjoni ta’ dak li jkun.
Saret iżjed komuni f’dawn l-aħħar snin fejn qabel, irġiel li kienu jiżbħu difrejhom suwed kien jagħmlu hekk, għaliex kienu jiffurmaw parti minn xi rock band. Kien hemm ukoll dawk li jiżbħuhom hekk għaliex kienu jgħidu li jsaħħu d-dwiefer minħabba xi sports partikolari jew għax idoqqu l-kitarra u għalhekk, jispikkaw.
Kemm hu sabiħ li kulħadd ikun liberu jagħmel li jixtieq la mhu jweġġa’ lil ħadd.